Aħna, membri tal-moviment dinji għall-użu ta' l-Esperanto: nippreżentaw dal-manifest lill-gvernijiet, lill għaqdiet internazzjonali u lin-nies ta' rieda tajba, niddikjaraw li lesti nkomplu naħdmu għall-għanijiet fih imsemmija, u nistiednu lil kull għaqda u lil kulħadd jingħaqdu malħidma tagħna.
L-Esperanto, mibdi fi-1887 bħala proġett
ta' lingwa sekondarja għall-ftehim internazzjonali, u wara li nbidel
malajr f'lingwa ħajja u preċiża, issa ilu għal aktar minn
mitt sena jiffunzjona biex jgħaqqad lill-bnedmin 'l hemm mill-fruntieri
lingwistiċi u kulturali.
Sistema ta' komunikazzjoni, li tagħti privileġġ qawwi lil
xi nies, u titlob minn oħrajn li jinvestu snin sħaħ ta' xogħol
biex imbagħad jilħqu grad oktar baxx ta' riżultat, tmur bażikament
kontra d-demokrazija. Għalkemm bħal kull lingwa oħra l-Esperanto
mhux perfett, imma jogħla fuq kull rival fejn tidħol l-ugwaljanza
dinjija tal-komunikazzjoni.
Aħna nħaqqu
li, meta l-lingwi ma jkunux fuq l-istess livell, il-ftehim ukoll ma jkunx
fuq l-istess livell, ukoll internazzjonalment. Aħna
moviment għal ftehim internazzjonali.
Kull lingwa hi magħquda ma' kultura preċiża u ma' nazzjon
preċiż. Ngħidu aħna, student li jistudja l-ingliż
jitgħallem fuq il-kultura, ġeografija u politika tal-pajjiżi
fejn jitkellmu bl-Ingliż, l-aktar, l-Istati Uniti u l-Ingilterra. L-istudenti
li jitgħallmu l-Esperanto jitgħallmu fuq dinja bla fruntieri, fejn
kull pajjiż jippreżenta ruħu bħala dar.
Aħna nħaqqu
li l-edukazzjoni b'lingwa preċiża, tkun liema tkun, hi magħquda
ma' harsa preċiża fuq id-dinja. Aħna
moviment għal edukazzjoni 'l hemm mill-fruntieri.
Huma ftit dawk li jistudjaw lingwa barranija u jafuha sewwa. Imma l-Esperanto
tista' tasal biex titgxhallmu sewwa, ukoll waħdek. Saru diversi studji
biex juru l-frott pedagoġiku li jħalli l-Esperanto biex titgħallem
lingwi oħra. Anzi jirrikmandaw l-Esperanto bħala bażi f'korsijiet
ta' lingwi oħra.
Ahna nħaqqu
li t-toqol tal-lingwi nazzjonali dejjem jaqtgħu qalb lhafna studenti
li madankollu jistġhu japprofittaw billi jitgħallmu t-tieni lingwa.
Aħna moviment għat-tagħlim ta'
lingwi li jħalli l-frott.
Il-komunita' Esperantista hi waħda mill-ftit komunitajiet dinjija li
jinteressaw ruħhom fil-lingwi, li n-nies li jitkellmuhom jagħrfu
mingħajr eċċezzjoni żewġ lingwi jew aktar. Kull Esperant-ista
ħa l-inkarigu li jitgħallem għallinqas lingwa waħda barranija
sal-livell li jkun jaf jitħadditha. Ħafna drabi dan iwassal għall-għarfien
u għall-imħabba lejn aktar lingwi u ġeneralment għal kultura
personali aktar vasta.
Aħna nħaqqu
li l-membri ta' kull lingwa, kbira jew żgħira, ghandu jkollhom iċ-ċans
kollu biex jigħallmu t-tieni lingwa sa livell għoll ta' komunikezzjoni.
Aħna moviment li qed naħdmu għal
dan il-għan.
It-tqassim xejn ugwali ta' qawwa bejn il-lingwi huwa riċetta kostanti
g]hal nuqqas ta' sigurta' jew tjassir dirett tal-lingwa lill-biċċa
l-kbira tal-popolazzjoni tad-dinja. Fil-moviment Esperantista, dawk li jitkellmu
lingwi wżati minn ħafna nies u dawk li jitkellmu lingwi wżati
minn ftit nies, lingwi uffiċjali u dawk mhux uffiċjali, jiltaqgħu
fuq kamp newtrali, minħabba r-rieda reċiproka li jilħqu kompromess.
Din il-kwalita' ta' ekwilibriju bejn id-drittijiet u r-responsibilitajiet
lingwistiċi joħolqu preċedent biex nevolvu u nittrattaw soluzzjonijiet
oħra għall-inugwaljanza u konflitti tal-lingwi.
Aħna nħaqqu
li d-differenzi kbar bejn il-lingwi jimminaw il-granaziji espressi f'tant
dokumenti internazzjonali dwar trattamemt ugwali mingħajr ebda distinzjoni
minhabba l-lingwa. Aħna moviment favor id-drittijiet
tal-lingwi.
Kull lingwa teħies u xxekkel lil dawk li jitħaddtuha, għax
waqt li tagħtihom is-setgħa li jikkomunikaw bejniethom, iċċaħħadhom
milli jikkomunikaw mal-bnedmin l-oħra. L-Esperanto, imfassal bħala
mezz ta' komunikazzjoni universali, huwa wieħed mill-proġetti kbar
li qed jagħtu l-frott fi-emanċipazzjoni tal-bniedem. Dan hu proġett
li qed jagħmel possibbli lil kull bniedern li jipparteċipa bħala
individwa fil-komunita' umana permezz ta' għeruq sodi fil-komunita' lokali
u l-identita' li tagħtih il-lingwa tiegħu, iżda li mhux limitat
minħabba fhom.
Aħna nħaqqu
li l-użu esklussiv tal-lingwi nazzjonali bilfors joħloq xkiel għal-liberta'
ta' espressjoni, komunikazzjoni u assoċjazzjoni. Aħa
moviment li qed jaħdem favur l-emanċipazzjoni tal-bniedem.
NB - Dal manifest, li ħareġ mill-Kungress
Universali ta' l-Esperanto li sar fi-aħħar ġimgħa ta'
Lulju 1996 fi Praga, Jagħti l-essenza u s-sens kollu tal-ħidma ta'
l-Esperantisti mferrxa mad-dinja kollha.
Malta Esperanto-Societo
P.O.Box 142
Valletta, CMR 01.